Kurżitajiet
ARA: Pilota jgħaddi b’ajruplan minn ġo żewġ mini

Il-pilota Taljan Dario Costa kiser ir-rekord tal-itwal titjira bl-ajruplan minn ġo mina.

Huwa għadda mill-mini T1 u T2 f’Istanbul, it-Turkija, fi 43.44 sekondi.

Biex għamel dan huwa niżel sa madwar metru għoli mill-art u saq b’veloċità ta’ 245 kilometru fis-siegħa.

Fil-mini huwa kellu erba’ metri kull naħa tal-ġwienaħ minn mal-ħajt.

It-tul tat-titjira kien ta’ 1,610 metri.

L-iktar parti diffiċli tat-titjira kienet fil-fetħa bejn iż-żewġ mini minħabba r-riħ li jaħkem iz-zona.