Kultura
ARA: Pittura fis-sagristija tal-Konkatidral terġa’ tieħu r-ruħ

Fost l-aħħar opri artistiċi mill-kollezzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann li ġew restawrati hemm pittura b’suġġett partikulari ħafna, għax turi żewġ misteri Marjani: it-tlugħ fis-sema tal-Madonna u l-inkurunazzjoni tagħha bħala reġina tas-sema u tal-art. Il-kwadru jinsab fis-sagristija tal-Konkatidral.

Hu kwadru kbir u partikulari ħafna, dak imdendel fuq il-bieb tas-sagristija tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Fil-fatt, dan il-kwadru fih żewġ suġġetti mehmużin flimkien f’pittura waħda: l-inkurunazzjoni tal-Madonna u fil-parti t’isfel l-appostli mistagħġba jħarsu lejn il-qabar vojt li jirrappreżenta t-tlugħ tagħha fis-sema. Il-Kuratur tal-Kon-Katidral, Cynthia De Giorgio, qalet li mill-aspett artistiku l-kwadru hu ta’ livell għoli, bl-artist ħadem fi stil mannarista u għalhekk probabbilment li sar lejn l-aħħar tas-seklu sittax.

Il-Kuratur tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, Cynthia De Giorgio qal ”dak iż-żmien ma tantx kien hemm artisti ta’ livell għoli. Jiġifieri jew il-kwadru ma sarx Malta jew jekk sar Malta, probabbli sar mill-artist Paladini jew Perez d’Aleccio li nafu li kienu Malta dak iż-żmien.”

It-tagħrif dwar l-istorja ta’ din l-opra artistika hu skars, bit-teorija tal-kuratur hi li nġieb mill-Oratorju tal-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt wara li fis-seklu sbatax kienet seħħet splużjoni u saret ħafna ħsara. Il-kuratur qalet li r-restawr, b’mod partikulari testijiet tekniċi li saru, tefgħu dawl fuq ċerti aspetti.

“Juru li mill-kuluri li hemm: il-blu hu magħmul minn lapus laziri. Lapus laziri hu magħmul minn semi precious stone, jiġifieri jidher li l-patron ta’ dan il-kwadru kien jiflaħ iħallas ċerti ammonti u l-artist xtaq li jikkunentah. Ukoll nistgħu naraw li l-istil tiegħu donnu diġà qiegħed influwenzat minn xi artist kbir, forsi qabel ma ġie Malta, kien qed jipprattika Ruma u l-parti ta’ fuq qisu ħa artistic licence u qiegħed jaħdem hu mill-immaġinazzjoni tiegħu” qalet Cynthia De Giorgio.

Spjegat li meta tneħħiet parti mill-inforra l-antika tal-kwadru, fuq wara nstab li kien hemm ħruq tax-xemgħat, indikazzjoni li xi darba l-kwadru seta’ kien titular ta’ xi knisja oħra. Żiedet li l-kwadru kien magħruf minn artisti li ħadmu lokalment bħal Stefano Erardi li ġieli kkuppjaw minnu f’xogħlijiet ikkummissjonati għal knejjes oħra. Is-Sinjura De Giorgio qalet li fuq kollox, ir-restawr għen biex joħorġu dettalji sbieħ li għamel l-artist, l-aktar il-kuluri vivaċi li uża.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Il-Maġistrat Charmaine Galea qed tmexxi inkjesta fuq il-każ tal-kumpanija 17 Black. Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici meta fil-Parlament wieġeb mistoqsija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Il-Ministru tal-Ġustizzja qal li fid-dawl…

Edukazzjoni

Sena mit-tnedija tal-ewwel politika nazzjonali tat-tfal, tnieda ktejjeb li jispjega din il-politika b’addattament għat-tfal skont l-età tagħhom. L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal qed iqassam din il-pubblikazzjoni lill-istudenti fl-iskejjel kollha ta’ Malta u…

Edukazzjoni

L-istitut tal-edukazzjoni li jħarreġ u jaġġorna l-ħiliet tal-għalliema u l-edukaturi nieda pjattaforma online biex ikattar il-flessibiltà fl-aċċess għat-tagħlim. Il-kap eżekuttiv ta’ l-istitut, Joanne Grima, qalet li dan se jagħmilha iktar…

Kronaka

Il-Pulizija u l-Forzi Armati llejla ssejħu fi Triq Mile End, fil-Ħamrun, fuq suspett li seta’ kien hemm bomba ma’ karozza. Il-Pulizija qalet lil TVM li l-karozza li qanqlet suspett kienet…

Aktar