COVID-19
ARA: Pjazza San Ġorġ baħħ – tnissel sens ta’ dieqa

Il-kumpanija Skyline webcams, li għandha mijiet ta’ kameras f’postijiet pubbliċi madwar id-dinja, illum għażlet li xxandar fuq il-midja soċjali filmat dirett ta’ Pjazza San Ġorġ, li fl-eqqel tal-jum baqgħet baħħ.

Il-kumpanija qalet li bħal kull belt oħra fid-dinja, il-pjazez tal-belt kapitali ta’ Malta jinsabu vojta, u esprimiet it-tama li l-Belt Valletta ma ddumx ma terġa’ tieħu l-ħajja li kellha qabel.

Kienu bosta Maltin u barranin li quddiem din ix-xena esprimew sens ta’ dieqa. Kellhom ukoll kliem ta’ inkoraġġiment għal xulxin, u appellaw biex kulħadd jibqa’ ġewwa bil-għan li titnaqqas l-imxija tal-Covid-19.

Live Webcam from Valletta – Malta

Just like in other cities across the globe, squares is #Malta's capital city are deserted. We can't wait for #Valletta to go back to its vibrant and lively selfhttps://www.skylinewebcams.com/webcam/malta.html

Gepostet von Skyline am Montag, 23. März 2020

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

80 ħaddiem barrani li nstabu joqogħdu f’lukanda f’Tas-Sliema li suppost hi magħluqa b’avviż ta’ infurzar ġew ordnati mill-Awtorità tat-Turiżmu biex imorru joqogħdu f’post ieħor. Television Malta jinsab infurmat li dawn…

Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Minn Malta, indawru ħarsitna madwar id-dinja. Nibdew bi Spanja, fejn il-morsa tal-COVID-19 kompliet tissikka bl-ogħla għadd ta’ imwiet f’ġurnata. Rekord ta’ mwiet f’jum wieħed fi Spanja. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Aktar