Kultura
ARA: Pjazza San Ġorġ tidwi bil-ħsejjes tal-Queen

Minn pjazza mimlija sa ruħ ommha bil-karozzi klassiċi ġimgħa ilu . . . . għal waħda miżgħuda b’settijiet ta’ tnabar/ Pjazza San Ġorġ fil-Belt inbidlet għal ftit ħin f’palk mużikali bis-sehem ta’ grupp mużikali Belġjan li paxxa l-widna tan-nies li nzertaw hemmhekk.

Ftit qabel nofsinhar, madwar 45 membru tal-grupp Belġjan, Kortrijk Drumt, imlew Pjazza San Ġorġ bit-tnabar tagħhom . . . u bla mistenni taw sorpriża lil min kien għaddej mill-inħawi b’kanzunetta klassika tal-grupp Queen.

Fost id-diski li daqq il-grupp, il-pubbliku seta’ jgawdi d-diska “Another One Bits the Dust” u “Smoke on Water”.

It-turisti li nzertaw fi Pjazza San Ġorġ ma qagħdux lura milli jżewqu l-ispettaklu biż-żfin.

Dan il-grupp twieled fl-2015 mill-belt ta’ Kortrijk fil-Belġju u fl-ewwel dehra pubblika tiegħu għamel suċċess kbir. Minn dakinhar ma ħarisx lura u din hi l-ewwel żjara tagħhom f’Malta.

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, faħħar l-inizjattiva tal-grupp Belġjan u qal li din il-wirja tkompli sseddaq il-kalendarju kulturali. Iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt, Jason Micallef, qal li hu ta’ sodisfazzjon li waħda mill-pjazez ewlenin fil-Belt hi mimlija ħajja permezz tal-għaqda li ġġib magħha l-mużika.

Kortrijk Drumt ħa sehem f’festival ta’ tnabar fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali li fih daqqew ġeneri differenti ta’ mużika . . . mir-rock sat-techno.

DrumFest Festival 2019 qed isir fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali bejn l-14 u l-15 ta’ Ġunju, u jiġbor diversi ġeneri mużikali flimkien, minn rock sa techno. Għal aktar informazzjoni agħfas hawn.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar