Kultura
ARA: Pjazza Tritoni ddominata mill-kuluri tat-tajr tradizzjonali Ċiniż

Is-sema blu fuq il-Pjazza Tritoni kienet iddominata mill-kuluri, b’madwar mitejn tifel u tifla jtajru t-tajr tradizzjonali Ċiniż fit-Tieni edizzjoni tal-Festival tat-Tajr.

Spettaklu mlewwen fis-smewwiet tal-Belt mit-tajr mhux tal-passa iżda dak tradizzjonali Ċiniż.

Għalkemm din it-tradizzjoni kienet komuni fost it-tfal Maltin fil-passat, maż-żmien intilfet. Qed terġa’ tingħata l-ħajja b’dan il-festival organizzat miċ-ċentru kulturali Ċiniż flimkien mal-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjetà.

Bl-għajnuna ta’ artist Ċiniż, Guo Hongli, li ġie Malta apposta, fit-tfal tajru t-tajr kkulurit u fjurit ta’ Weifang, tradizzjoni li għadha popolari fil-folklor Ċiniż. L-attività fi pjazza Tritoni kienet tiddependi wkoll fuq il-burdati tar-riħ li f’mumenti kien kalm ħafna.

Aida Bushra Daoud, miċ-Ċentru Kulturali Ċiniż, qalet li huwa maħsub li din it-tradizzjoni tat-tajr bdiet fiċ-Ċina fis-Seklu 5 Qabel Kristu minn filosofi Ċiniżi.

”They started of as military implement which was raised in the air to test distances on winds, and even to send messages or signals because at that time they were developing – they had very advanced form of military strategy.”

Fil-Fesitval saret ukoll wirja ta’ ħwejjeġ artistiċi konnessi mal-Arti tat-Tajr Ċiniż u tajr fil-MUŻA.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Jean Paul Charles Woods ta’ 39 sena mwieled l-Ingilterra, ftit tal-ħin ilu tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat ta’ hold-up li wettaq bħal-lum ġimgħa f’ħanut fi Triq Rue D’Argens fil-Gżira. Woods huwa…

Aktar