Ikel
ARA: Plumber u pensjonant jitħarrġu fil-ħelu tal-Milied

Ma jkunx Milied mingħajr l-kunsum abbundanti tal-ikel u l-ħelu tal-Milied mill-qagħaq tal-għasel sal-christmas logs li daħlu wkoll fil-kċina Maltija.

Il-kok dulċier Renato Briffa li jgħallem fl-istitut għall-istudji turistiċi qalilna li ħafna ħelu tal-Milied daħal minn pajjiżi oħrajn li żdied mal-ħelu tradizzjonali Malti.

“Il-qagħaq tal-qastanija u s-soufflejiet, għandek ukoll il-qassata, sponge bil-custard terġa sponge bl-irkotta ħelwa u terġa tgħattiha bl-isponge, għandek il-mince pies, l-imbuljuta u l-cocotina.”

Paul Bonello u Charles Galea għalkemm mhumiex koki għax wieħed plumber u ieħor pensjont għamlu kors fil-ħelu tal-Milied għax xtaqu jipperfezzjonaw il-ħiliet tagħhom fl-arti tal-ħelu tal-Milied.

Il-kors tal-ħelu tal-Milied fl-ITS sar fuq jumejn bl-istudenti jitħarrġu fuq varjeta kbira ta’ ħelu tal-Milied.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin. Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap…

Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Aktar