Barranin
ARA: Pont fl-Istati Uniti jisfronda waqt xandira – il-ġurnalista tgħoddha b’waħda

Pont f’North Carolina, fl-Istati Uniti, sfronda waqt xandira diretta fuq l-istazzjon Fox 46, bil-ġurnalista Amber Roberts u l-camera person li jistgħu jgħodduha b’waħda.

Il-crew kienu qed jiffilmaw il-ħsara fil-pont waqt maltempata, bil-livell tax-xmara li għola u kkawża għargħar f’diversi nħawi, meta ħin bla waqt parti mill-pont sfrondat għal ġox-xmara waqt li kienu qegħdin fuqu.

Il-ġurnalista tinstema’ tgħajjat, u x-xandira waqfet wara ftit sekondi, sakemm reġa’ sar kuntatt iktar tard u ġie aċċertat li ħadd ma weġġa’.