Temp
ARA: 14-il persuna evakwati minn San Ġiljan

Il-baħar jibla’ l-art li ħakem partijiet ewlenin mill-kosta mhux biss ħasel it-toroq u għarraq xi opri tal-baħar iżda saħansitra tela’ l-art u għamel ħsarat f’diversi residenzi.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili evakwaw 14-il persuna minn blokka t’appartamenti f’San Ġiljan wara li l-ilma baħar tela’ l-art, daħal fis-sotterran u kin qed ikun ta’ periklu minħabba li fil-binja kien hemm substation.

 

Il-maltemp ħalla ħafna ħsarat u dan wassal biex il-Protezzjoni Ċivili rċeviet diversi talbiet t’għajnuna.

Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili, Emanuel Psaila qal ma’ TVM li sal-10am id-Dipartiment irċieva mat-300 telefonata għall-għajnuna.

Arblu tad-dawl Fgura

Minn dawn 250 kienu dwar siġar li waqgħu, soqfa, ħitan, arbli tad-dawl u tabelli mwaqqgħin.

Il-Birgu, San Ġiljan u l-Park Towers l-aktar li ntlaqtu mill-ilma.

Intant mal-50 persuna mill-Protezzjoni Ċivili, volontiera tad-Dipartiment u mis-Saint John għaddejjien b’ħidma bla waqfin.

Sadanitant, il-Prim Ministru Joseph Muscat appella lin-nies biex min ma għandux għalfejn joħroġ jibqa’ d-dar.

Karozzi mkaxkrin

 

Baħar imqalleb

Baħar imqalleb