Ara: Preludja ta’ Xarabank illejla b’risq id-Dar tal-Providenza
Ebda partita llum tat-Tazza tad-Dinja wara ħmistax-il ġurnata ta’ logħob kontinwu, biex minn għada tibda l-fażi eliminatorja bejn is-sittax-il tim li fadal fil-kompetizzjoni. U l-vojt tal-lejla mil-futbol, Television Malta qed jistedinkom tqattgħuh fil-kumpanija ta’ aktar minn sebgħin personalità li se jkantaw, jiżfnu u jimitaw artisti ta’ fama internazzjonali . . . dan kollu fil-programm Xarabank li llejla se jiġbor donazzjonijiet mingħand il-Maltin għad-Dar tal-Providenza.