Ikel
ARA: Presepju mdaqqas taċ-ċikkulata armat f’lukanda

Presepju mdaqqas armat f’lukanda ewlenija huwa magħmul minn kilogrammi ta’ ċikkulata. Ma’ Television Malta, id-dulċier Jimmy Aquilina stqarr li jiehu gimghat ta’ xoghol biex jibnu dan il-presepju ghad-dahla tal-lukanda.

Fid-daħla ta’ lukanda ewlenija, issib jilqgħek prespju magħmul minn 70 kilogramma ta’ ċikkulata. Jispikka d-dettal ta’ kull pastur magħmul minn ċikkulata skura.

Il-Head Patissier tal-lukanda, Jimmy Aquilina, spjega li dax-xoghol sar fuq medda ta’ xhur. Spjega li fil-process iridu jaghtu kaz hafna t-temperatura taċ-ċikkulata.

“Jekk inti ssaħħanha u tkessaħha, imma trid twaqqaf il-proċess tagħha f’temperatura li tirrekjedi – dan huwa l-qofol tagħha.”

Id-dulċier Aquilina qal li dan il-proġett ħa madwar mitt siegħa. Zied jghid li f’daz-zmien id-dulċiera kien impenjata bit-tħejjijiet għall-ħelu tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Jinnota li l-Maltin ma taqalhomx żaqqhom biss għall-ħelu tradizzjonali tal-Milied.

“Xorta jfittxu ħelu li jkun ibbażat bil-lumi, bit-tuffieħ, iċ-ċikkulata u speċjlament bl-irkotta”.

Ftit passi ‘l bogħod minn ħdejn id-dulċiera, il-kokijiet ukoll għaddejjin bit-tħejjijiet tal-ikel għal 900 ruħ.

Il-Head Chef, James Bartolo jinnota xejriet ġodda fl-aptit tal-Maltin.

“Sushi wkoll – mal-Maltin sar invoga ħafna u l-iktar li jkollna Roast hija fi New Years Day Lunch, bħal roast beef, ikollna koxxa kbira, koxxa tal-majjal, tal-ħaruf.”

Il-kok qal li frott is-sigħat twal ta’ ikel itektek fuq in-nar, jintlaħaq bl-ikliet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena u nhar is-sena l-ġdida.