Sport
ARA: Prijorità għall-Bużu hija l-iżvilupp taż-żgħażagħ – jgħid li t-tim nazzjonali huwa problema

L-ex plejer internazzjonali Malti Carmel Busuttil bħalissa għandu iktar f’moħħu li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ iktar milli huwa interessat fit-tim nazzjonali.

Meta kien qed jiġi ntervistat fil-programm TVMi Insights, il-Bużu kif inhu iktar magħruf tkellem dwar is-sodisfazzjon li qed jieħu bħala kowċ ta’ plejers żgħażagħ ma’ diversi klabbs.

Dwar il-futbol lokali, il-Bużu qal li l-futbol sar negozju u ma jaħsibx li fadal plejers leali u jiddejjaq bil-korruzzjoni li qed tolqot ukoll lit-tim nazzjonali Malti.

Ara hawnhekk x’qal Carmel Busuttil dwar il-futbol.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

Ċifri tal-Eurostat dwar it-turiżmu fl-Unjoni Ewropea juru li f’Malta, l-industrija tat-turiżmu fl-2018, kellha fost l-aħjar riżultat fost it-tmienja u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea u kienu ħafna aħjar mill-medja Ewropea. Filwaqt…

Familja

It-telfa ta’ xi ħadd għażiż hija dejjem diffiċli, iżda sitwazzjoni partikolari hija ta’ dawk li jitilfu lil żewġhom jew marthom, speċjalment f’età żgħira. Kif jistgħu jkomplu b’ħajjithom wara dan l-episodju…

Lokali

Jekk għadek ma ddeċidejtx kif se tiċċelebra jum il-maħbubin mal-maħbub/a tiegħek tista’ ma tinkwieta xejn aktar. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’ħidma biex iħajjar lill-maħbubin iqattgħu xi ġranet fi Frar f’Għawdex…

Ambjent

Il-funtanta tat-Tritoni fil-Belt sabet postha fil-filmat uffiċjali tal-Earth Hour 2019 bħala waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin madwar id-dinja. Fil-fimat maħruġ mill-organizzazzjoni internazzjonali World Wildlife Fund (WWF) biex jirreklama l-inizjattiva Earth Hour ta’…

Aktar