
Il-Pulizija se tieħu passi fil-qorti kontra mara li tagħti l-lezzjonijiet tas-sewqan, wara li tard ilbieraħ filgħaxija insultat uffiċjal pubbliku minħabba li l-awtoritajiet ma ssospendewx il-lezzjonijiet tas-sewqan.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija quddiem il-bini tal-Public Broadcasting Services fi Gwardamangia, meta l-uffiċjal pubbliku ħarġet mill-programm ta’ TVM, Dissett.
Kien hawn li l-uffiċjal pubbliku ġiet mgħajra minn persuna li kienet qed tistenniha barra, u li ma bdietx tħalliha tidħol fil-karozza.
Is-sitwazzjoni ġiet ikkalmata minn ħaddiema tal-PBS stess qabel waslu l-Pulizija, li aktar tard sabu lill-mara ta’ 32 sena li kienet telqet minn fuq il-post.
Ara wkoll:
L-assoċjazzjoni tad-driving instructors tkeċċi membru li qalgħet kjass quddiem il-PBS