Barranin
ARA: Protesta silenzjuża mill-ħaddiema tas-saħħa fil-Belġju waqt żjara mill-PM

Il-Prim Ministru tal-Belġju Sophie Wilmes intlaqgħet minn protesta silenzjuża waqt żjara mhux uffiċjali fl-isptar Saint-Pierre fi Brussel nhar is-Sibt.

Il-ħaddiema tas-saħħa lebsin ilbies protettiv qagħdu f’żewġ ringieli jistennew il-wasla tal-Prim Ministru u tawha darhom malli wasslet il-karozza tagħha.

Il-protesta saret minħabba t-talba tal-ħaddiema tas-saħħa għal għarfien akbar tal-isforzi li qed jagħmlu u biex  jipprotestaw kontra digriet biex jiġu ngaġġati ħaddiem mhux kwalifikati sabiex jagħmlu xogħol tal-infermiera.

L-iskejjel fil-Belġju se jinfetħu parzjalment u wara xaharejn lockdown, is-swieq, mużewijiet u zoos se jitħallew joperaw mil-lum. Il-Belġju b’popolazzjoni ta’ madwar 11.5 miljun, huwa fost l-agħar pajjiżi Ewropej li ntlaqtu mill-Covid-19 iżda l-pajjiż beda jillaxka l-miżuri mill-bidu ta’ Mejju.

S’issa l-pajjiż irrapporta 54,989 każ u 9,005 mewt mill-coronavirus.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

COVID-19

It-tmien vittma tal-Coronavirus f’Malta huwa raġel ta’ 56 sena li kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, intqal li l-vittma kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei, irriżulta pożittiv…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Aktar