Barranin
ARA: Protesti fi Spanja wara li nstabet tifla ta’ 6 snin mejta f’basket fil-baħar

Fi Spanja, eluf qed jipprotestaw kontra l-vjolenza domestika waqt li l-ħaddiema ta’ salvataġġ għaddejjin bi tfittxija fil-kosta ta’ Tenerife għal tifla ta’ sena. Dan wara li jumejn ilu nstabet oħtha ta’ sitt snin mejta mgħarqa wiċċha ‘l isfel f’baskett fil-baħar.

Missier it-tifla huwa suspettat li kien il-moħħ wara l-għejbien tal-aħwa, Olivia ta’ 6 snin u Anna ta’ sena. Huwa kien ħa lil uliedu iżda naqas li jeħodhom lura għand ommhom kif kien miftiehem fl-aħħar ta’ April. Sadanitant, il-Pulizija tinsab bi tfittxija għalih ukoll.

Ilbieraħ, b’rispett lejn it-tifla li nqatlet u oħtha li għadha mitlufa saret minuta ta’ silenzju.

Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez qal li Spanja tinsab maħsuda u tinsab wara l-familji li jgħaddu minn uġigħ kbir minħabba l-vjolenza domestika. Qal li għad hemm min fil-pajjiż li ma jirrikonoxxix li teżisti l-vjolenza domestika.

Il-katavru tat-tifla nstab il-Ħamis waranofsinhar f’baskett marbut ma’ ankra fejn kien hemm id-dgħajsa ta’ missierha. Jidher li nstab baskett simili ieħor ħdejha li kien vojt.