Barranin
Ara: Protesti f’Venezja – ma jridux li jidħlu iżjed vapuri

F’Venezja l-Italja mijiet ta’ nies f’dgħajjes żgħar ipprotestaw hekk kif daħal l-ewwel cruiseliner mindu tnaqqsu r-restrizzjonijiet kontra l-pandemija. Mijiet ta’ nies oħra nġabru fuq l-art jgħajtu slogans biex il-port ta’ Venezja ma jerġax idaħħal vapuri kbar bħall-cruiseliners.

F’April, il-Gvern Taljan iddeċieda li l-cruises u vapuri tal-merkanzija m’għandhomx jidħlu fiċ-ċentru storiku ta’ Venezja imma għandhom jitfgħu l-ankri x’imkien ieħor. Madankollu, din il-projbizzjoni mhix se tidħol fis-seħħ sakemm jitlestew it-terminals kollha ‘l barra mill-parti ta’ ġewwa tal-port u għadha lanqas ħarġet is-sejħa t’interess għall-bini ta’ dawn it-terminals. Hemm il-ħsieb li mis-sena d-dieħla parti mit-traffiku tal-baħar jiġi trasferit fil-port qrib ta’ Marghera.