Barranin
ARA: Protesti u kaos fl-Istati Uniti fuq il-qtil ta’ George Floyd

Il-belt ta’ Minneapolis, fl-Istati Uniti, daħlet fit-tieni jum ta’ protesti u kaos, li anki wasslu għal fatalità. Il-protesti bdew wara li pulizija ġie ffilmjat iżomm irkupptejh fuq għonq raġel li kien arrestat mal-art, u li spiċċa biex miet.

Jumejn ilu l-Pulizija arrestat lil George Floyd, li ma kienx armat, fuq suspett li kien qed juża dokumenti foloz biex iħallas f’ħanut tal-ikel.

Filmat miġbud minn persuna fuq il-post juri lil George Floyd jgħid li se jobdi lill-pulizija u jidħol fil-karozza. Jinstema’ jgħid iktar minn darba li ma jistax jieħu nifs u li qed iweġġa’, sakemm wara diversi minuti ntilef minn sensih.

Nies li nġabru madwarhom jinstemgħu jippruvaw jintervjenu biex il-pulizija jqum minn fuqu, iżda dan baqa’ jżomm irkupptejh fuq għonqu sakemm waslu l-paramediċi, li ma dehrux jagħtuh l-ewwel għajnuna wara li ċċekkjawlu n-nifs, fejn qed jintqal li x’aktarx kien diġà mejjet.

L-erba’ pulizija involuti fil-każ ta’ George Floyd tkeċċew mill-korp, bis-sindku tal-belt Jacob Frey jitlob li jittieħdu passi kriminali kontra l-pulizija li żamm irkubbtejh fuq għonq Floyd.

Il-protesti fuq dan il-qtil b’riħa razzjali kibru u wasslu għal vandaliżmu u kaos, b’mijiet ta’ dimostranti jiġġieldu mal-Pulizija u jkissru u jisirqu mill-ħwienet.

Kien irrappurtat li waqt l-irvellijiet persuna mietet b’tiri t’arma tan-nar. Intqal li l-Pulizija sabu lir-raġel ferut taħt bankina, iżda mhuwiex ċar kif inqatel.

Ara wkoll:

“Ma nistax nieħu nifs” – L-FBI tinvestiga l-mewt ta’ raġel wara li ġie arrestat f’Minnesota

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Barranin

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani…

Aktar