Barranin
ARA: Pulizija f’Liverpool juża l-pepper spray fuq passiġġier li ma libisx maskra

Passiġġier fuq il-ferrovija minn Merseyrail lejn Liverpool Lime Station, fir-Renju Unit, spiċċa arrestat wara li rreżista pulizija li beda jordnalu biex jilbes maskra.

Il-każ inqabad fuq filmat minn passiġġier ieħor, bir-raġel jinstema’ jgħid li m’huwiex obbligat jilbes maksra minħabba kundizzjoni medika.

Skont il-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa Ingliżi, il-persuni mhumiex obbligati juru ċertifikat mediku jekk ma jilbsux il-maskra minħabba kundizzjoni medika.

Il-pulizija jidher jipprova jaqbad lill-passiġġier minn driegħu biex iniżżlu minn fuq il-ferrovija, bil-passiġġier li jibqa’ jirreżisti sakemm il-pulizija beda jipprova jarrestah u sprejjalu l-pepper spray. F’filmat separat ir-raġel jidher jitniżżel minn fuq il-ferrovija minn għadd ta’ Pulizija.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ntalbet tassisti minħabba li raġel beda jisgħol fuq in-nies, u li dan se jkun akkużat b’reżistenza u li ħebb għal uffiċjal tal-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra

Il-kantanta Ruth Portelli il-ġimgħa li għaddiet kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta ‘Kuruni’, fuq kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. Fi kliem Paul Ellul, ‘il-kanzunetta titratta dwar…

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Istati Uniti, qabeż il-200,000. Skont is-sit li jżomm id-data dwar l-imxija tal-coronavirus fid-dinja, Johns Hopkins University, aktar minn 6.8 miljun ruħ huma magħrufa li…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Aktar