Kurżitajiet
ARA: Pulizija jdoqqu taħt it-twieqi tad-djar tal-anzjani

Membri tal-banda tal-korp tal-Pulizija dalgħodu nġabru taħt it-twieqi ta’ djar tal-anzjani biex iferrħuhom ftit f’Ħadd il-Għid.

Ħafna anzjani bħalissa jinsabu mifruda mill-qraba tagħhom, li ilhom ma jarawhom mill-viċin ġimgħat sħaħ.

L-istess il-ħaddiema li jduru bihom, li ħafna minnhom spiċċaw infirdu minn qrabathom biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-anzjani.

Ħaddiema, anzjani, u qraba tagħhom li nzertaw fuq il-post jidher li apprezzaw ferm il-ġest tal-Pulizija.