Kronaka
ARA: Pulizija jissejħu fuq ġlieda fil-Floriana u jispiċċaw jiġru wara vettura

Azzjoni f’waqtha mill-Pulizija tal-RIU fil-Floriana fejn issejħu biex jikkalmaw ġlieda li nqalgħet fil-klabb tal-boċċi.

Mal-wasla tal-puliizja fuq il-post, il-ġlieda kkalmat u mit-triq għaddiet vettura li laqtet mutur li kien ipparkjat u waqqgħetu mal-art.

Il-vettura però baqgħet sejra, bil-pulizija tal-RIU segwuha minnufih u waqqfuha ftit ‘l isfel mid-depot. Segwi l-filmati: