Kronaka
ARA: Pumpier jispjega kif qed jinħaraq il-gass tal-bowser fil-Mellieħa

Tlett idjar miż-żona magħrufa bħala Santa Maria Estate fil-Mellieħa ġew evakwati wara li bowser b’gass żviluppatlu ħsara u beda ħiereġ ammont ta’ gass. Minħabba f’dan l-inċident kellha ssir operazzjoni delikata mill-pumpiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħadet aktar min 24 siegħa u involviet mal-għoxrin pumpier li ħarqu l-gass fit-triq ftit ftit.

F’din il-ħidma ntużaw aktar minn 130 elf litru ta’ ilma. L-inħawi kelhom jingħalqu u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili appella lill-pubbliku biex jevita ż-żona ta’ Santa Maria Estate, partikolarment Triq Għajn Żejtuna u Triq il-Qasab.

Uffiċjal tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Kevin Pace spjega li l-bowser kien qed iġorr mat-tnax-il elf litru ta’ LPG fi stat likwidu.

“Aħna ġejna msejħa fuq il-post biex inwaqqfu l-leakage sa ċertu punt nipprovaw inżommuh ‘il bogħod mill-jkompli ħiereġ u qed naddottaw miżuri l-ewwel ħaġa miżuri ta’ sigurtà għar-residenti u sew għalina u fl-istess nifs qegħdin nadottaw miżuri wkoll biex kemm jista’ jkun neħilsu b’mod li ma ssir l-ebda ħsara u l-ebda periklu.”

Fil-bidu tal-operazzjoni, il-pumpiera tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili użaw metodi differenti biex jitrasferixxu l-gass minn bowser għall-ieħor, li ma rnexxewx. Għalhekk għażlu metodu aktar metikoluż.

“Armajna sistema fejn qed naddottaw flare, għandna ħruġ minn fejn il-gass joħroġ qed nużaw l-ilma biex nkessħu l-area, qed inkessħu l-bowser per se. Barra minn hekk użajna l-ilma biex introduċejna l-ilma ġo fih biex from a liquid state rnexxilna ntellgħu l-likwidu tal-gass ‘il fuq jiġi in a vapour state u jinħaraq bi proċess, li jieħu l-ħin imma li hu l-iktar wieħed sikur.”

Is-Sur Pace spjega li anke l-kundizzjoni tat-temp u d-differenza fit-temperatura jkollha impatt f’operazzjoni bħal din. Żied li l-bowser kien f’żona residenzjali biex jissuplixxi lir-residenzi tal-madwar b’gass. “Bil-bulk jiġifieri meta jkollhom reservoir ta’ gass huma u hu kien qed jissuplixxihom ammont ta’ gass. Qed nitkellmu eżempju elf litru gass ġo residenza waħda.”

Is-Sur Pace qal li operazzjoni ta’ dan it-tip mhijiex komuni għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, imma stqarr li xi xhur ilu kellhom każ simili ħafna. Il-ħidma tal-pumpiera kienet tkun ferm aktar diffiċli li kieku l-gassħareġ f’toroq aktar bieżla minn din iż-żona.

Fi stqarrija Liquigas Malta qalet lil-bowser li skont il-kumpanija hu kompletament ċertifikat żviluppatlu ħsara mekkanika f’wieħed mill-valvi li għamlitha impossibli li l-gass ikun trasferit minn bowser għall-ieħor. Żiedet li għal raġunijiet ta’ sigurtà ġie deċiż li t-trakk ma jinstaqx mill-post fejn kien.

Ara wkoll:

RITRATTI: Evakwati tlett idjar f’Santa Maria Estate minħabba ħruġ ta’ gass

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar