Kronaka
ARA: Qabadha l-bard meta niżlet u sabet lit-tarbija mal-art wara l-bieb

TVM ltaqa’ mal-mara li sabet lit-tarbija li ġiet abbandunata lbieraħ fil-parapett ta’ Cyril Court fid-daħla ta’ Triq il-Pijunieri, f’Buġibba.

Residenta li tgħix propju fil-blokk appartamenti fejn instabet it-tarbija abbandunata qalet li semgħet taħbita fuq il-bieb meta r-residenti ta’ fuqha qalulha li hemm tarbija abbandunata tibki fil-parapett tal-appartamenti.

Il-mara qalet li nħasdet u qabadha bard kbir x’ħin niżlet, fetħet il-bieb u rat lit-tarbija mal-art.

Hi flimkien mar-residenti l-oħra ċemplu lill-Pulizija li marru fuq il-post minnufih.

Il-mara qalet lil TVM li t-tarbija, li kienet qisha anġlu, bil-kemm tniffset. Hija qalet li kellha l-kurdun maqtugħ kif ġie ġie u li x’aktarx kellha ftit jiem.

Ara l-intervista sħiħa hawnhekk:

Ara wkoll:

FILMAT ESKLUSSIV: It-tarbija abbandunata tingħata l-isem ta’ Cristiano

ARA: “Malli erfajtu qabżitli demgħa” – is-Surġent li sab lit-tifel abbandunat

 

Aħbarijiet Oħra
Budget

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia qal li l-baġit juri li hemm xejriet makro ekonomiċi pożittivi ħafna. Qal li l-baġit kien wieħed bla skossi b’enfasi fuq is-sostenabbilità. Qal…

Budget

Il-Kap Eżekuttiv għall-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Daniel Borg, qal li l-Kamra tilqa’ t-tkomplija tal-Gozo Employment Scheme, il-Film Fund u l-ħolqien tal-Awtorità Reġjonali għal Għawdex, għalkemm qal li wieħed għandu jaħseb ukoll…

Budget

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja qal li l-baġit kien wieħed bilgħaqal. Qal li l-GWU sodisfatta li l-Gvern daħħal diversi tal-GWU fil-baġit. Ara l-kumment ta’ Josef Bugeja:

Budget

B’reazzjoni għall-baġit il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista qal li l-baġit ma ppreżenta l-ebda pjan kif se jlaħħaq mat-traffiku u ż-żieda fil-karozzi, u lanqas kif se jtaffi t-tniġġis. Fost oħrajn, qal…

Aktar