Barranin
ARA: Qabżitlu jistenna fl-ajruplan u ħareġ fuq il-ġewnaħ

Raġel li kien qed jistenna biex jinżel f’Malaga b’titjira tar-Ryanair iddejjaq jistenna fl-ajruplan, għalhekk fetaħ il-bieba tal-emerġenza u ħareġ għall-arja fuq il-ġewnaħ.

Jidher li t-titjira kienet diġà ttardjat siegħa qabel telqet minn Stansted f’Londra, imbagħad il-passiġġiera tħallew jistennew nofsiegħa oħra fuq l-ajruplan fil-mitjar ta’ Malaga qabel jinżlu l-art.

Ir-raġel, Pollakk ta’ 57 sena, intqal li kien frustrat u qabdu attakk tal-asthma, allura ddeċieda li joħroġ għall-arja. Iktar tard huwa ġie arrestat mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-ajruport.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fil-belt ta’ Porthcawl, f’Wales, mistennija jiġu installati latrini li ma jippremettux li jsiru fihom attivitajiet bħas-sess, il-vandaliżmu u t-teħid tad-droga. Dawn il-latrini ġew iddiżinjati tapposta biex ixarbu bl-ilma lill-persuni li…

Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Aktar