Barranin
Ara: Qaddiefa ssewwi l-kenura b’kontraċettiv u tiġi l-ewwel fl-Olimpijadi

L-atleta Awstraljana Jessica Fox ġiet l-ewwel fit-tellieqa K1 bil-kenura fl-Olimpijadi li qed isiru f’Tokjo wara li sewwiet l-opra tal-baħar tagħha b’kontraċettiv.

Fox, li għandha 27 sena u li rebħet il-midalja tal-bronż fl-Olimpijadi li saru f’Londra fl-2012 kif ukoll f’Rio 2016, intebħet li l-kenura tagħha kellha naħa minnhom imtaqqba ftit minuti bogħod biss mit-tellieqa aħħarija tal-kategorija rispettiva.

B’hekk, l-atleta rranġat it-toqba b’taħlita magħmula mill-karbonju kif normalment isir f’din id-dixxiplina, u kompliet issewwi l-kenura tagħha permezz ta’ kontraċettiv, kif jixhed filmat li l-qaddiefa stess tellgħet fuq il-profil tagħha ta’ TikTok.

Għalkemm kienu bosta dawk li għaddew lil Fox biż-żmien wara dan il-ġest kreattiv għall-aħħar, hija rnexxielha ttellaq u saħansitra tirbaħ il-midalja tad-deheb.

L-atleta kellha kontraċettiv peress li l-organizzaturi tal-Olimpijadi nkludewh fil-kit li ngħata lill-atleti kollha li qed juru x’isarrfu f’Tokjo, bil-għan li jipprevjenu l-marda tal-AIDS.