Lokali
ARA: Qalb Andrew għadha tħabbat fija – Christine Grixti

Christine Grixti tgħid li l-imħabba sabitha kullimkien – mir-raġel tagħha għall-paramediċi fl-isptar u ż-żagħżugħ li qed jgħix f’qalbha.

F’intervista fuq Skjetti, Christine irrakkontat kif hi kienet tbati bi problemi f’qalbha u madwar sentejn ilu, wara li qattgħet nofs ħajjitha tilgħabha bejn ħajja u mewt, irnexxielha tagħmel trapjant tal-qalb.

Christine hija t-tieni mara f’Malta li qatt sarilha trapjant tal-qalb, wara li miet Andrew t’20 sena, u l-familja taż-żagħżugħ iddeċidiet li tagħti l-organi tiegħu biex jintużaw għall-pazjenti fil-bżonn.

Christine tgħid li qed tiċċelebra għeluq sninha darbtejn għax tħoss li bit-trapjant li għamlet reġgħet twieldet.

Segwi hawnhekk din l-esperjenza ta’ mħabba b’mod differenti:

 

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar