Kronaka
ARA: Qamu maħsuda x’ħin ċeda parti mis-saqaf ta’ darhom fl-Isla

Il-koppja Abela rrakkontaw ma’ TVM kif dal-lejl qamu maħsuda meta ċeda parti mis-saqaf fid-dar fejn jgħixu fl-Isla, bil-kamra tas-sodda tispiċċa mimlija tifrik.

Is-saqaf tad-dar, li jikru mingħand l-Awtorità tad-Djar, ċeda għall-ħabta tal-10.00pm meta Martin Abela u martu Carmen Abela kienu daħlu jorqdu.

Carmen Abela qalet kif spiċċat b’madwar 20 punt f’rasha u b’uġigħ kbir, waqt li Martin ukoll għandu l-punti fi driegħu u weġġa’ wkoll spalltu wara widintu.

Il-koppja Abela jgħidu li xi żmien ilu beda dieħel l-ilma u rrovinalhom l-għamara, u wara li għamlu rapport kien intbagħat perit fuq il-post, iżda minn dak iż-żmien jgħidu li ma semgħu xejn iktar.

Stephen Bonello, li huwa l-kuġin ta’ Carmen u jgħix fis-sular ta’ fuqha, jgħid li dak il-ħin kien fil-veranda u semgħu ħoss kbir. Huwa wkoll għandu problema għax ma jistax jidħol fil-kamra tal-banju, li tinsab fuq in-naħa ta’ wara tal-binja.

Sadanittant, is-Sur Bonello faħħar l-intervent immedjat tat-tim mediku minn Mater Dei u l-Pulizija li qal waslu fuq il-post mill-ewwel u ħadmu ħafna.

Ara wkoll:

Koppja tweġġa’ gravi wara li ċeda parti mis-saqaf tad-dar fl-Isla

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar