Eurovision
ARA: Qatt ma bsart li l-ħolma tiegħi qed issir realtà – Michela

Għalkemm Malta għaddiet għall-finali tal-Eurovision ta’ jumejn oħra, kien l-aħħar pajjiż li ssejjaħ mill-10 parteċipanti tat-tieni semifinali.

Malli l-preżentaturi tas-serata fost tensjoni kbira lissnu Malta, Michela u d-delegazzjoni Maltija nfexxew jgħajtu u jaqbżu bil-ferħ li kienu għaddew għall-finali.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fi tmiem it-tieni semifinali u li fiha ħadu sehem l-10 finalisti li ngħaqdu mas-16 l-oħra, Michela esprimiet sodisfazzjon għal dan it-tragward u stqarret li qatt ma basret li l-ħolma tagħha qed issir realtà.

Ara x’kienet ir-reazzjoni ta’ Michela f’dan il-filmat:

Ara wkoll:

Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision f’Tel Aviv

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar