Annimali
ARA: Qatt rajt qattus bħal dan f’Malta?

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi.

Aktar minn 85 qattus ta’ 16-il razza differenti qegħdin jikkompetu f’wirja internazzjonali tal-qtates organizzata mill-Malta Feline Guardians Club.

Il-qtates qed jiġu ġudikati minn ġurija minn Spanja, l-Italja u l-Polonja membri fil-World Cat Federation, li magħha l-klabb Malti ilu affiljat għal dawn l-aħħar 13-il sena.

Il-President tal-Malta Feline Guardians Club, Kevin Micallef qal li kull qattus jiġi ġudikat skont il-kriterji tar-razza, sess u età – b’dawk taħt l-għaxar xhur mal-frieħ u jekk akbar bħala adulti.

Il-President tal-Malta Feline Guardians Club, Kevin Micallef qal “għandna l-qtates persjani, qtates eżotiċi, qtates Siberjani, is-Shpynx, il-Main Coon, ir-Ragdoll, British Shorthair, British Longhair, Scottish Fold, razza ġdida li ġiet hawn Malta minn ġewwa r-Russja l-Abyssinian.”

Hemm ukoll kateġoriji għall-qtates imsewwija u dawk domestiċi. Il-wirja li għandha wkoll skop edukattiv, tibqa’ miftuħa sal-Ħadd u qed issir f’kumpless f’Ħal Farruġ.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minkejja li 30 sena ilu tilef nofs wiċċu u sofra ġrieħi gravi meta ġġarraf b’ajruplan żgħir, il-bdot Ivan Gatt ma jibżax jirkeb l-ajruplan, la bħala bdot u lanqas bħala passiġġier….

Lokali

Numru ta’ proprjetajiet tal-Gvern li mhumiex jintużaw ser jgħaddu f’idejn għaqdiet mhux governattivi li joffru programmi ta’ housing bħala parti minn skema ġdida mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet…

Lokali

L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li għamlet spezzjoni fil-barriera tal-Imqabba li skont artiklu fuq il-ġurnal The Times of Malta għexieren ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal Taca Construction diġà qed jgħixu fis-sit, fejn…

Toroq

Il-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-uffiċċju tal-Ombudsman ma sabx li kienx hemm amministrazzjoni ħażina mill-awtoritajiet konċernati fl-iżvilupp ta’ Triq Louis Wettinger f’Ta’ Masrija, magħrufa bħala l-bypass tal-Mellieħa. Dan joħroġ mir-rapport tal-investigazzjoni…

Aktar