Lokali
ARA: Qatt rajthom hekk lill-mużiċisti tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta?

Spettaklu sorpriża għall-eluf ta’ operaturi barranin li jinsabu Malta għall-konferenza annwali Sigma.  Dan hekk kif fil-ftuħ ta’ dan l-ikbar avveniment Ewropew għall-industrija tal-gaming, spiċċaw jiċċaqalqu mar-ritmu ta’ kompożizzjoni mużikali tradizzjonali Maltija ta’ Charles Camilleri (Malta Suite Waltz) li bdiet tindaqq għal għarrieda minn xi mużiċisti.

Kienet flash mob spettakolari mtella’ minn Wazdan li ħolqot atmosfera mhux tas-soltu bis-sehem tal-mużiċisti mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.  Mal-mużiċisti ngħaqdu grupp ta’ żeffiena professjonali liebsin kostumi tradizzjonali biex dawk preżenti tpaxxew bl-ispettaklu.  Bosta kienu pronti jiffilmjaw bl-ismartphone dak li kienu qed jaraw tant li dawn ix-xeni bdew iduru malajr fuq il-media soċjali.

Wazdan hija kumpanija li għandha iktar minn 100 logħba għall-casinos virtwali u li għandha bażi f’Malta, Curacao u dalwaqt fir-Renju Unit.  Din il-kumpanija ħasbet li tqajjem kurżita’ b’din il-flash mob fost it-8,000 operatur li hawn Malta minħabba li s-sena d-dieħla l-Belt Valletta se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Ara hawnhekk l-atmosfera li nħolqot mill-flash mob waqt is-Sigma:

Aħbarijiet Oħra
Trump

Gidba minn George Papadopoulos ħelset lill-Professur Malti Joseph Mifsud milli jiġi aktar investigat dwar ir-rabta bejn il-President Amerikan Donald Trump u r-Russja waqt il-kampanja elettorali. L-Awtoritajiet Federali Amerikani qed jinsistu…

Kronaka

Raġel ħarab wara li seraq ammont ta’ flus minn ħanut. Ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30pm, raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal f’ħanut fi Triq Santa Tereża, Bormla. Huwa talab il-flus…

Ikel

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ twissija dwar ftehim għal żieda fil-prezz tal-pastizzi u qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet. Fi stqarrija, l-Uffiċċju għamel referenza għar-rapporti…

Aktar