Kultura
Ara: Qatt tajt kas x’hemm mal-faċċata tal-Kon Katidral?

Il-Kon Katidral ta’ San Ġwann, ta’ kuljum, iżuruh mijiet ta’ turisti minn kull rokna tad-dinja.

Iddiżinjat mill-arkitett Malti Ġlormu Cassar, il-Kon Katidral, minn barra, aktarx li jqarraq bik hekk kif minkejja l-faċċata pjuttost sempliċi, minn ġewwa miżgħud dekor Barokk u kull xorta ta’ xogħlijiet artistiċi li jpaxxu l-għajn.

U, aħna l-Maltin, kemm-il darba għaddejna biswit il-Kon Katidral. Iżda, qatt tajt kas li fuq kull naħa tal-faċċata tiegħu hemm żewġ funtani?

Mgħottija mis-siġar u l-ħwienet tal-kafè f’Misraħ San Ġwann, iż-żewġ funtani ftit li xejn jagħtu fil-għajn.

Liema funtani, ġew skolpiti mill-iskultur Malti Mariano Girada fil-bidu tal-perjodu Ingliż, fl-1820.

Iż-żewġ funtani għandhom figura kull wieħed, u li jirrappreżentaw żewġ pajjiżi tar-Renju Unit: l-iljun jirrappreżenta l-Ingilterra, u l-‘unicorn’ ‘l-Iskozja.

Fost ix-xogħlijiet l-aktar magħrufa tal-iskultur Girada, l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja ta’ Ħaż-Żabbar, l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, kif ukoll dik ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq.

Għal aktar kontenut simili, segwi l-programm ‘Skritt’.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival ta’ Malta jinżel fl-istorja mhux biss għall-karrijiet, u kostumi u maskeruni ikkuluriti, iżda wkoll għat-temp tar-rebbiegħa li għamel f’nofs ix-xitwa. U dan huwa element importanti fir-renju tal-bluha li għat-tielet…

Kultura

Minn bokka fir-roundabout tal-ajruport inżilna fil-katakombi ta’ Ħal Resqun li għalkemm mhux kbir bħal katakombi oħra li hemm fir-Rabat, għandu l-valur arkeoloġiku tant li ġew preservati meta ftit snin ilu…

Tradizzjonijiet

Dahri kienu jkunu bilqiegħda fuq xi banketta ħa taqa’ biċċiet biswit xi zuntier għall-frisk, libsin qmis bajda qoton, sidrija miftuħa beraħ, u beritta. F’idejhom, l-għannejja kien ikollhom kitarra, u bi…

Aktar