Barranin
ARA: Qattgħu 9 snin imsakkra f’razzett fl-Olanda jistennew l-apokalissi

Missier u l-ħames uliedu nstabu msakkra f’razzett imwarrab fl-Olanda, fejn qed ikun irrappurtat li kienu ilhom hemm xejn inqas minn 9 snin.

Is-sejba saret wara li wieħed mill-ulied ħarab mir-razzett fil-provinċja Drenthe u daħal jitlob l-għajnuna f’ħanut tal-ikel.

Il-Pulizija qalu li fir-razzett sabu raġel Awstrijakk ta’ 58 sena f’kundizzjoni dgħajfa, u ħames aħwa ta’ bejn it-18 u l-25 sena.

Intqal li l-missier kien sakkar lill-ulied f’kamra moħbija fir-razzett, fejn għal snin sħaħ baqa’ jistenna li tispiċċa d-dinja. Il-familja kienet tgħix bl-annimali u l-ħxejjex li kienet tkabbar fir-razzett stess.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Gvern irid jingħata sehem mit-taqsima tal-Istati Uniti ta’ Tik Tok, jekk din tinxtara minn kumpanija Amerikana. Trump qal li kien għamel din it-talba lill-kap…

Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Aktar