Barranin
ARA: Qed isibuha diffiċli jippronunzjaw ‘Buttigieg’

Ix-xandara fl-Istati Uniti donnhom qed isibuha diffiċli biex jippronunzjaw kunjom is-Sindku ta’ Indiana Pete Buttigieg, li huwa wieħed mill-kandidati nominati tad-Demokratiċi għall-elezzjonijet presidenzjali tas-sena d-dieħla.  Buttigieg huwa Malti-Amerikan ta’ 37 sena li nħatar Sindku ta’ Indiana fl-2012.

Fil-programm tal-aħbarijiet satiriċi The Daily Show li jixxandar fuq l-istazzjon televiżiv privat Amerikan Comedy Central il-preżentatur Trevor Noah jagħti ħarsa lejn kif qed jingħad ‘Buttigieg’ mill-kollegi ġurnalisti, filwaqt li jispjega min hu Pete Buttigieg u għaliex jidher li għandu ċans tajjeb li jiġi elett mid-Demokratiċi bħala l-kandidat tagħhom għall-presidenza.

Huwa l-ewwel kandidat li ma ddejjaqx jesprimi ruħu liberament li huwa omosesswali.  Fil-kampanja tiegħu qed jagħfas fost l-oħrajn fuq is-saħħa għal kulħadd, ħarsien ambjentali, tneħħija tal-piena kapitali, djalogu u koperazzjoni bejn il-Partit Demokratiku u t-trade unions, it-twaqqif tad-diskriminazzjoni kontra persuni LGBT fuq il-post tax-xogħol u l-inugwaljanza fit-tqassim tal-ġid.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Pulizija fi Brandeburg fil-Ġermanja, kellhom biċċa xogħol mhux tas-soltu hekk kif kellhom iwaqqfu sewwieq ta’ mutur li kien qed isuq għarwien ħuta. Is-sewwiq, li kien għarwien ħlief għall-elmu u ż-żarbun…

Barranin

Feuzi Zabaat għad għandu biss 17-il sena iżda fit-Turkija, huwa meqjus eroj hekk kif salva tifla minn ħalq il-mewt. L-Alġerin lemaħ tifla tixxabbat minn residenza u ma ħasibiex darbtejn biex…

Barranin

Oscar Ramirez u bintu ta’ sentejn sabu jistennihom destin li qatt ma basru. Mietu mgħarrqa huma jippruvaw jaqsmu lejn l-Istati Uniti minn El Salvador. Il-kurrenti qawwija tax-xmara Rio Grande mal-fruntiera…

Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Aktar