Barranin
ARA: Qed iżżomm jgħixu magħha mal-50 farfett il-lejl

Magħrufa bħala flying foxes; razza ta’ friefet il-lejl, l-Awstraljana Janine Davies għandha mhux inqas minn ħamsin wieħed jgħixu magħha.

In-nirien kastrofiċi li ħakmu lil dan il-pajjiż kontinent fl-aħħar xhur, għamluha impossibli għal ħafna annimali u tjur li jkomplu jgħixu fl-abitat tagħhom – issa maħruq u meqrud bin-nar. Dan ġegħlhom jimxu, jew fil-każ tal-friefet il-lejl itiru lil hinn mid-dar naturali tagħhom biex isibu kif jistgħu jsalvaw ġildhom band’oħra.

“It’s basically catastrophic. I mean the fire has just literally gone down the whole east coast of Australia and they just continuing to burn, I was shocked that all the area I collect blossoms for these little guys is gone, it’s nothing but burnt sticks,” qalet Janine Davies.

Janine Davies kienet waħda minn eluf ta’ voluntiera li xammru l-kmiem biex jgħinu lill-ispeċi tal-annimali milquta min-nirien, u issa qed tħabbat wiċċha ma’ mewġa wara l-oħra ta’ friefet il-lejl li spiċċaw għall-kenn fi bnadi differenti tal-Awstralja. Davies hija wkoll il-kordinatur fis-santwarju tal-ħarsien tal-friefet il-lejl, meqjusa bħala vulnerabbli bil-popolazzjoni tagħhom dejjem tonqos.

“People have got to not be ignorant, we don’t go out and pollinate forests, these guys do, and we need to do all we can to make them survive.”

Ingham, belt fi Queensland, spiċċat infestata b’qatgħet ta’ friefet il-lejl ksew il-parks, tant li friegħi tas-sigar spiċċaw jinqasmu bit-toqol tagħhom. Il-preżenza ta’ qatgħa wara l-oħra ta’ friefet il-lejl ġegħlet anke helikopters li jtiru fuq Ingham ifittxu rotta oħra.

Fl-istat ta’ Queensland, il-friefet il-lejl huma protetti u anke jekk din l-infestazzjoni ħarbtet il-komunità ta’ Ingham, ir-residenti tal-belt iridu joqgħodu wkoll attenti li ma jdabbrux xi girfa jew gidma minn dawn il-friefet il-lejl għax jistgħu jispiċċaw ħażin.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar