Annimali
ARA: Qtates fl-imwarrab xorta sabu lil min jagħlifhom minkejja l-imxija tal-Covid-19

Tista’ tgħid li f’kull lokalità wieħed isib minn tal-anqas kolonja ta’ qtates ta’ barra li minkejja l-pandemija tal-coronavirus għadhom isibu min jitimgħahom. Madankollu, kolonji f’żoni ‘l bogħod min-nies jaf m’għandhomx l-istess xorti.

Dalgħodu crew ta’ Television Malta ltaqa’ ma’ grupp ta’ nies li qed jieħdu ħsieb kolonji ta’ qtates fl-imwarrab. Żorna l-bajja tar-Riviera Martinique.

Impjegati ta’ kumpanija li tissuplixxi l-ikel tal-annimali domestiċi qed jassiguraw li l-annimali abbandunati ma jmutux bil-ġuħ minħabba li baqgħux jiġu magħlufa minn persuni, l-aktar anzjani.

Kolonji ta’ qtates f’diversi nħawi kienu jitimgħuhom persuni li issa qajla jistgħu joħorġu minn djarhom minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Francesca Mercieca qalet “bħalissa l-feeders ma jistgħux imorru jitimgħu l-qtates, allura qed induru dawn il-postijiet nipprovdu ikel u ilma lil dawn il-qtates li bħalissa minħabba ċ-ċirkostanzi li qegħdin fiha, min is-soltu jmur jitmgħahom ma jistax jagħtihom l-ikel u l-ilma regolari.”

Francesca Mercieca qalet li qegħdin imorru erba’ postijiet kuljum u jaraw liema huma l-kolonji tal-qtates li sfaw abbandunati aktar minn qatt qabel, biex iżuruhom aktar spiss.

Hija appellat lin-nies biex f’dan iż-żmien diffiċli għal kulħadd, ma jabbandunawx il-pets tagħhom u jieħdu ħsiebhom.

“Qabel ma nidħlu d-dar bħal ma aħna naħslu idejna u nżommu jdejna nodfa biex nevitaw il-mard fuq il-klieb tagħna l-istess naħslulhom il-paws u nimsħulhom il-pil tagħhom biex ma ndaħħlux il-mard ġewwa.”

Qalet li l-annimali domestici bi ftit ħsieb m’ghandhomx jispiċċaw huma ukoll vittmi tal-imxija tal-Covid 19.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Aktar