Kurżitajiet, Lokali
Ara: Qtates ta’ razza rari fil-Malta Pet Expo

Mal-mitejn kelb u qattus ta’ razez differenti, fniek, għasafar u rettili ġew esibiti fl-ewwel Malta Pet Expo. Għal din l-expo, minbarra ġurija barranin, ġew biex jikkompetu sidien ta’ qtates barranin, b’razez li ma jeżistux f’Malta.

Min iħobb l-annimali kellu xalata fl-ewwel pet expo organizzata f’Malta għax seta’ japprezza razez varji ta’ qtates, klieb, fniek, għasafar u rettili f’post wieħed.

Sidien ta’ klieb u qtates b’razez puri kkompetew bl-annimali tagħhom li jgħożżu b’tant żelu u li għalihom jiddedikaw ħafna ħin u riżorsi. Razez tal-qtates eżotiċi li qed isiru popolari huma l-Bengal, il-British Short Hair, qtates persjani, u qtates tar-razza Serbian.

Kevin Charles Micallef, l-organizzatur ta’ din l-expo li saret f’Monte Kristo, qal li ġew apposta minn barra sidien ta’ qtates li jrabbu razez li f’Malta ma jeżistux, fosthom ir-razza Somali u r-razza Abyssinian. “Barranin li gew jippartecipaw fil-wirja tal-qtates, mir-Russja, Greċja, Ġermanja, Italja u Bulgarija.”

Fis-sezzjoni tal-klieb organizzata mill-Malta Canine Society sibna sidien ta’ klieb li kkompetew f’diversi kategoriji, li jirrikjedu ħafna taħriġ mal-klieb taghhom. Fost il-klieb kien hemm Irish Setter, klieb tal-kacca, Cocker Spaniel, u Gordon Setter.

Barra razez varji ta’ fniek, il-Malta Pet Expo tat spazju lir-rettili, fosthom sriep u dak li jissejjah Tegu, li qisu gremxula kbira ħafna li tinsab l-iżjed fl-Arġentina u fil-pajjiżi tal-Amerika t’Isfel.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Jekk titfa’ ftit melħ jew zokkor fit-tambur ta’ widnejk wara xi lejl tiddeverti, jaf jiffrankalek jumejn tisma’ ż-żarżir. Dan skoprewh ir-riċerkaturi tal-University of Southern California Keck School of Medicine. Skont…

Barranin, Kurżitajiet

Virus qattiel li għad m’hemmx vaċċin kontrih qed jinfirex fl-Indja, u diġà qatel tliet persuni fl-istat ta’ Kerala. Sitta oħra huwa maħsub li wkoll mietu b’dan il-virus, li jġib l-isem…

Barranin, Kurżitajiet

Hekk kif ir-Renju Unit qed jiċċelebra l-għaqda fiż-żwieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, tajjeb niftakru li mhux kull żwieġ irjali ntlaqa’ b’ferħ u entużjażmu. La mill-pubbliku u xi kultant wisq…

Barranin, Kurżitajiet

Meghan Markle mhijiex l-ewwel Amerikana u divorzjata, li se tidħol fil-Familja Rjali Ingliża. Qabilha kien hemm Wallis Simpson f’ċirkostanzi kompletament differenti minn tal-lum.  L-aħħar darba li dan seħħ, ir-Re abdika mit-tron…

Aktar