Kurżitajiet
Ara r-reazzjoni ta’ dan ir-raġel meta nduna li martu tqila bi triplets

Mara tqila f’Iowa, fl-Istati Uniti, marret tagħmel ultrasound għall-ewwel darba.

Żewġha u binhom ċkejken baqgħu jistennewha fil-karozza, għax ma setgħux jidħlu magħha minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19.

Meta l-mara ħarġet lura bir-ritratti tal-ultrasound f’idejha, il-missier deher ħerqan biex jara lil ibnu jew bintu, iżda fir-ritratti sab xena li ma kienx qed jistenna.

Ir-reazzjoni tiegħu, u anki ta’ ibnu, hija imprezzabbli, u nqabdet fuq il-filmat miġbud minn martu.

Twissija: Il-filmat, li xxandar fuq il-midja soċjali, fih xi kliem oxxen

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Aktar