Kronaka
ARA: Raġel bil-krozzi jaljena lil tal-ħanut sakemm sħabu jisirqu

Tliet persuni li lbieraħ waranofsinhar daħlu f’ħanut tal-fajjenza fil-Ħamrun jidher li kienu kompliċi biex jisirqu għadd ta’ oġġetti.

Kienu ftit qabel is-1.30pm meta fil-ħanut daħlu mara u raġel, segwiti ftit tal-ħin wara minn raġel ieħor bil-krozzi.

Il-koppja jidhru jduru flimkien madwar il-ħanut, bil-mara kemm-il darba tidher fil-filmat titfa’ oġġetti fil-basket. F’ħin minnhom ir-raġel li kien magħha wkoll jidher jieħu kaxxa minn fuq l-ixkaffa u jitfagħha fil-qalziet.

Waqt li dawn it-tnejn kienu qed jisirqu r-raġel tal-krozzi sejjaħ lis-salesgirl fuq in-naħa l-oħra tal-ixkaffar, biex taparsi tgħinu jfittex xi prodotti.

Wara dan l-episodju l-koppja u r-raġel tal-krozzi jimxu biswit xulxin fil-ħanut, bil-koppja tibqa’ ħierġa ‘l barra, u r-raġel tal-krozzi li pront beda jlebbet ‘il barra warajhom.

Kien f’dan il-mument li l-ħaddiema tal-ħanut indunaw b’dak li kien qed jiġri u ġrew wara r-raġel, iżda kien tard wisq.

TVM infurmat li dawn it-tliet persuni diġà ntlemħu jisirqu fi ħwienet oħra. Persuna qrib it-tmexxija tal-ħanut qal lil TVM li l-filmat kien ġie muri lis-sidien tal-ħwienet tal-madwar biex ikunu mwissija dwar dawn il-persuni.

TVM qed jgħaddi wkoll il-filmati oriġinali lill-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar