Lokali
AĠĠORNAT: Raġel ferut waqt ġlieda b’sikkina fil-Marsa

Raġel ittieħed l-isptar wara li allegatament qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt ġlieda fil-Marsa. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar fi Triq is-Salib tal-Marsa, ftit ‘l isfel mill-Knisja tat-Trinità.

Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn issejħet ukoll ambulanza biex tassisti lir-raġel ferut. Ir-raġel, li għandu 28 sena u huwa Libjan, ittieħed l-isptar Mater Dei, u ma jidhirx li jinsab f’qagħda gravi.

TVM infurmat li l-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-persuni l-oħra involuti fil-ġlieda, li laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Prim Ministru Joseph Muscat illum jagħlaq 45 sena.  Jidher li għal Dr Muscat kienet ġurnata normali ta’ xogħol, iżda li matulha xorta ċċelebra għeluq sninu. Ritratt li ttella’ mid-Deputat Prim…

Mużika

Ersaq fil-Qrib hija s-single il-ġdida tal-grupp Malti stabbilit The Travellers, b’filmat mużikali li juri familja tipprova tgħix minn jum għall-ieħor filwaqt li madwarha għaddej kunflitt. B’lirika tipikament bil-Malti, din id-diska…

Kronaka

Raġel sofra xi ġrieħi meta dalgħodu waqa’ għal isfel f’Ħaż-Żebbuġ. Il-każ seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tas-6.30am. Il-Pulizija qalet li r-raġel, li għandu 25 sena u joqgħod Ħ’Attard, waqa’ għoli…

Aktar