Kurżitajiet
ARA: Raġel fil-Bosnja jibni dar li ddur biex martu tgawdi l-veduti

Vojin Kusic, raġel ta’ 72 sena mill-Bosnja, bena dar li ddur biex martu Ljubica tkun tista’ tgawdi l-veduti.

Il-koppja tgħix fi Srbac, villaġġ żgħir fit-tramuntana tal-pajjiż, u r-raġel iddisinja d-dar biex ikollha magni taħtha li jdawruha 360 grad.

Id-dar tista’ ddur dawra fuqha nnifisha fi 22 sekonda jekk is-setting ikun veloċi mentri jekk is-setting ikun baxx tieħu 24 siegħa biex iddur.

Kusic qal li wara li t-tfal tagħhom ħadu f’idejhom in-negozju tal-familja kellu ħin biżżejjed biex jaqta’ x-xewqa ta’ martu.

Skont ir-raġel martu riedet li l-kmamar tas-sodda jiffaċċjaw ix-xemx imma mbagħad bdiet tgerger li l-living room kienet tħares lilhinn mit-triq.

Waqt li l-mara ma xtaqitx tikkummenta dwar id-dar, Kusic qal li issa l-mara tkun tista’ ddawwar id-dar jekk ikun hemm nies li ma tridhomx jidħlu għandhom.