Barranin
ARA: Raġel isalva fenek minn nirien

Hekk kif Kalifornja tinħakem minn nirien li qerdu aktar minn 100,000 ettari, raġel messitu l-kuxjenza biex isalva fenek salvaġġ min-nirien.

Il-filmat juri t-triq ewlenija ta’ Ventura County li qed tinħakem minn nirien u duħħan meta fenek salvaġġ ifettillu jaqsam it-triq għal ġol-infern.

Raġel li kien fil-post ġera għal wara l-fenek bit-tama li jsalvaw. Għalkemm il-fenek kien wisq il-bogħod biex ir-raġel jilħqu, dan xorta pprova jikkonvinċi l-annimal joħroġ minn ġo dak l-infern.

Il-filmat juri lill-fenek ħiereġ minn ġon-nirien dritt għal ġo dirgħajn  ir-raġel.