Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ fil-Ġnejna

Il-Forzi Armati ta’ Malta wettqu operazzjoni ta’ salvataġġ illum wara nofsinhar fl-inħawi bejn Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna.

Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tat-3.00pm. Minbarra l-AFM, intalbu jassistu fuq il-post il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili.

Ir-raġel, li huwa Pollakk ta’ 40 sena, kien miexi fil-limiti tal-Ġnejna, meta waqa’ għal isfel f’post li ma setax jintlaħaq faċilment. Huwa ttella’ mill-post li fih waqa’ permezz ta’ winch b’ħelikopter tal-Forzi Armati għall-ħabta tal-4.00pm.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei, fejn kien iċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga.