Kronaka
ARA: Raġel l-isptar wara inċident fil-lift taċ-ċinema fir-Rabat Għawdex

Raġel Għawdxi ttieħed l-isptar għall-kura wara li kien involut f’inċident fil-lift taċ-ċinema fir-Rabat Għawdex.

Minn informazzjoni li għandu tvm.com.mt jidher li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-saqaf tal-lift x’ħin għal xi raġuni, il-lift ċeda u waqa’ madwar sular.

Minkejja l-moviment veloċi f’tebqa t’għajn, ir-raġel irnexxielu jibqa’ fuq is-saqaf tal-lift. Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex irnexxielhom joħorġu lir-raġel mill-bokka tal-lift.

Huwa ttieħed l-isptar ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 a.m.

Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.

Aktar dettalji dalwaqt.