Lokali
ARA: Raġel salvat minn mal-irdum fi Mġarr ix-Xini

Raġel ta’ 58 sena ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li nqabad fuq l-irdum fi Mġarr ix-Xini waqt li kien qed jixxabbat.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa, meta r-raġel, li huwa mis-Sannat, kellu jsejjaħ għall-għajnuna.

Fuq il-post marru l-Protezzjoni Ċivili, l-ERRC, ambulanza u l-Forzi Armati ta’ Malta, fejn kienu dawn tal-aħħar li tellgħu lir-raġel b’ħelikopter.

Huwa tniżżel fil-helipad tal-isptar Ġenerali t’Għawdex, u b’xorti tajba kien iċċertifikat li sofra biss ġrieħi ħfief.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar