X

ARA: Raġel u tifel feruti wara li sploda l-jet ski li kienu qed isuqu f’Gelendžik

Raġel u tifel sfaw feruti f’inċident stramb fejn sploda l-jet ski li kienu qed isuqu f’Gelendžik, fir-Russja.

It-tifel u r-raġel kienu qed jixxalaw waqt btala f’resort fil-Baħar l-Iswed.

Kemm it-tifel u kemm ir-raġel ittieħdu fl-eqreb sptar għall-kura u ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Għadha mhix magħrufa l-kawża tal-isplużjoni.