Ambjent
ARA: Rapport jgħid li l-Unjoni Ewropea qed tfalli fil-miri ambjentali

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi. Ir-rapport jinnota li ftit li xejn kien hemm titjib mir-rapport ta’ ħames snin ilu.

Id-direttur tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent Hans Bruyninckx, qal li jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tintroduċi miżuri biex tilqa għal dawn ix-xejriet.

“Things are indeed urgent. We need to bend the trends in the next decade, it’s a critical decade. We already see irreversible damage, climate change is happening, biodiversity is lost, species are disappearing, our oceans are changing fundamentally.”

Fir-rapport ta’ 500 paġna joħroġ li mill-35 mira li riedu jintlaħqu sas-sena id-dieħla, l-istati membri tal-Unjoni irnexxielhom jilħqu biss sitta. Il-miri huma maqsuma fuq tliet aspetti: l-abitat naturali, l-ekonomija ċirkulari u l-impatt fuq saħħet il-bniedem. Hu stmat li kull sena, man-nofs miljun ċittadin Ewropew imutu kawża ta’ trabijiet fl-arja ikkawżati mill-emmissjonijiet.

L-espert fil-bijoloġija marittima, l-Professur Alan Deidun qal li aspett pożittiv li ħareġ mir-rapport hu li kien hemm żieda fil-protezzjoni tal-baħar. Qal li f’dan l-aspett Malta ikkontribwixxiet billi 34 fil-mija tal-ibħra Maltin huma żoni ta’ protezzjoni marittima.

Ir-rapport madanakollu jirrimarka fuq il-ħtieġa ta’ bidliet kbar fis-setturi tal-enerġija u l-mobbiltà.

“Illum sirna poplu globali mobbli ħafna iktar, qed niċċaqalqu iktar ħabba vjaggar, kemm għall-vakanzi imma anke għal xogħol. Kull darba li qed issifier speċjalment b’ajruplan għandek carbon fooprint kbir, qed twassal biex jinħarqu aktar gassijiet.”

Il-Professur Deidun qal li il-bidla fl-attitudni ma tridx tiġi biss mill-gvernijiet iżda anke miċ-ċittadini, fosthom billi jsir aktar riċiklaġġ u jonqos il-konsum u l-hela tal-ikel.

“Ħafna ikel moħli fir-ristoranti imma anke fl-iskejjel. M’ilux xi ħadd għamilni konxju li hemm proposta f’Malta biex nibdew nagħmlu kompost minn skart tal-ikel li jigi mill-iskejjel. Qed nitkellmu mal-mitt tunnellata ta’ ikel fis-sena ta’ ikel li jinħela fl-iskejjel u jiġi miġbur minn hemm”

Mistoqsi dwar kemm huma ambizzjużi il-miri ambjentali stabbiliti għall-2030 u l-2050, il-Professur Deidun qal li jekk tittieħed azzjoni konkreta, dawn jistgħu jintlaħqu fosthom biex sa 30 sena ohra l-Unjoni Ewropea ma tibqax tipproduċi emmissjonijiet fl-arja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta. Aktar minn 50 stakeholder nġabru madwar il-mejda għat-tfassil tal-ewwel sistema ta’ housing f’Malta. Il-Ministru Galdes qal li d-deċiżjoni…

Temp

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi kultant fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sat-3 ta’ għada filgħodu

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo se jkun qed iżur il-Libja għal-laqgħat mal-gvern Libjan matul il-jum tal-Ħamis. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin intqal li sad-29 ta’ Lulju ta’…

Aktar