Lokali
Ara: Raw it-tromba tal-arja fir-Rabat

Bejn ilbieraħ u llum, għadd ta’ rwiefen qawwija ħakmu diversi bnadi tal-gżejjer Maltin, b’mod speċjali mal-lejl u fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Filmat li kiseb dan is-sit juri t-tromba tal-arja li possibbilment laqtet lil xtutna fl-aħħar 24 siegħa. It-tromba, intlemħet fir-Rabat waqt li kien għadu qed jisbaħ.

Intant, dalgħodu wkoll, għadd ta’ sidien ta’ diversi opri tal-baħar sebħu maħsuda fl-Għadira minħabba r-riħ qawwi. Għadd ta’ bċejjeċ tal-baħar li kienu fuq l-ankra saħansitra inqalgħu u nġarru ‘l barra bil-kurrenti.

Ara wkoll:

Ara: Tromba tal-arja fl-Għadira – iqumu maħsuda u d-dgħajjes jinġarru mill-kurrent