Mużika
Ara: Red Electrick b’kanzunetta ġdida

Fl-aħħar jiem il-band Maltija Red Electrick nediet il-kanzunetta ‘Come Alive’, is-sitt silta mill-album ‘Tragic Optimistic’. Liema album, kiseb suċċess liema bħalu hekk kif niżel għasel ma’ bosta dilettanti tal-mużika Maltin u Għawdxin.

Il-kanzunetta ‘Come Alive’ hija kkaratterizzata minn stil sajfi. Ġmiel ta’ silta, li sa mid-daqq tal-kitarra li jiftaħ ‘il-kanzunetta tpaxxi ‘l-widna ta’ dak li jkun u tisraq qalb is-semmiegħa minnufih.

Intant, il-grupp Red Electrick jinsab determinat għall-aħħar bil-għan li jkompli jpaxxi ‘l-udjenzi bil-mużika tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Sport

Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta’ Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar. Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta’ kontroversja minħabba…

Internet

Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta’ ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta’ kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex…

Aktar