Kurżitajiet
ARA: Reklam jew insult? Preżentatur Amerikan jiċċajta b’Malta

Malta spiċċat bla ħsieb suġġett ewlieni fuq programm televiżiv Amerikan, meta waħda mill-kontestanti, l-atleta Jenise Spiteri, żvelat li hija Maltija.

Fuq il-programm ta’ CBS Let’s Make a Deal, Jenise Spiteri qalet li hija snow boarder professjonali, u li beħsiebha tikkompeti fl-Olimpjadi f’isem Malta. Kien hawn li l-preżentatur Wayne Brady beda jagħmel battuti dwar iċ-ċokon ta’ Malta, assistit mix-xandar Jonathan Magnum.

Wara r-reklami Brady qal li se jdoqq l-innu Malti, u talab lin-nies iqumu bilwieqfa, fejn beda jkanta “Malta teeny tiny land” waqt li jżomm idu fuq moħħu, f’dik li skontu hija l-mod kif il-Maltin isellmu lil xulxin.

Waqt li wħud apprezzaw il-prominenza li Malta ngħatat waqt il-programm, fejn waħda mill-kontestanti anki rebħet vjaġġ għal Malta, oħrajn ħassewhom offiżi, fejn fost oħrajn fil-kummenti taħt il-filmat tefgħu l-innu Malti propja, u qalu li l-preżentatur kien messu għamel riċerka aħjar.

Let's Make A Deal

By the end of today's show, Wayne became the king of Malta!? Let's Make a Deal is now officially Malta's most popular game show.

Gepostet von Let's Make A Deal am Freitag, 20. Dezember 2019

Aħbarijiet Oħra

Is-Segretarju tal-Kumitat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Magħquda, Gulnara Roll, faħħret lill-Gvern għat-tfassil tas-sistema nazzjonali ta’ housing. Is-sinjura Roll kienet qed titkellem waqt konferenza organizzata mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u n-Nazzjonijiet Magħquda…

Tikkarga l-ġirja elettorali għall-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti nhar it-3 ta’ Novembru. Eliġibbli jivvutaw iktar minn 156 miljun ruħ, fosthom ċittadini Amerikani li jgħixu barra pajjiżhom. F’Malta u Għawdex hawn madwar…

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-progress soċjali u edukattiv tat-tfal hu kruċjali, għalhekk sostna li importanti li l-iskejjel jinfetħu, kemm jekk tingħata edukazzjoni online, kemm li t-tfal imorru fiżikament…

Aktar