Barranin
ARA: Rekord ta’ nirien jeqirdu parti sostanzjali mill-Amażonja

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . . . inħakment minn rekord ta’ nirien . . . kważi 73,000 każ b’kollox. Fl-Amażonja, jgħixu miljun persuna u 3 miljuni ta’ speċi ta’ annimali u pjanti.

L-ambjentalisti qed jippuntaw is-swaba’ lejn Bolsonaro għal dan il-freġju minħabba li qalu qed iħeġġeġ lill-bdiewa biex jaqtgħu s-siġar bl-addoċċ. Mill-banda l-oħra, Bolsonaro allega li l-ambjentalisti qed iqabbdu n-nirien apposta biex ipattuha lill-Gvern talli qatgħalhom il-fondi.

Kawża tad-duħħan min-nirien, il-belt ta’ Sao Paulo spiċċat fi dlam ċappa għax inqata’ d-dawl.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ddefenda wieħed mill-konsulenti tiegħu Dominic Cummings li waqt li l-pajjiż kien qiegħed f’lockdown, dan ivvjaġġa minn Londra lejn Country Durham minkejja li kellu s-sintomi tal-Coronavirus….

Barranin

Fir-Renju Unit, tissokta il-kontroversja dwar l-id il-leminija tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings. Il-Prim Ministru Boris Johnson appoġġja lill-konsulent ewlieni tiegħu u qal li Cummings ma kellu ebda alternattiva oħra…

COVID-19

Wieħed mix-xjentisti li qed jaħdem biex tkun żviluppata tilqima kontra l-Covid-19 wissa, li l-vaċċin li qed taħdem fuqu l-Università ta’ Oxford, għandu 50% ċans li jaħdem, għax il-każijiet fir-Renju Unit…

Immigrazzjoni

Mal-400 immigrant irregolari llum daħlu f’Agrigento, fi Sqallija. Qed ikun irrappurtat li vapur telaqhom ftit metri ’l bogħod mix-xtajta ramlija ta’ Palma di Montechiaro. Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-immigranti…

Aktar