Radju
Ara: Ride Home with Dorian & Amber jagħlaq sena

Lil Dorian u ‘l Amber tan-91.7 żgur li xi darba jew oħra inzertajthom. Fi ftit kliem, huma dawk li mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-3 sas-6 ta’ waranofsinhar, leħinhom iżewwaq l-istudios ta’ Magic Malta 🎧 u jżomm kumpanija lill-aktar minn nofs miljun ċittadin li jgħixu fil-gżejjer Maltin.

Sena ilu, Dorian u Amber saħqu li minkejja li kienu diġà jafu lil xulxin fuq fuq, qatt ma kielu l-kirxa flimkien. Madanakollu, minn dakinhar ‘l hawn ingħaqqdu ġmielu frott esperjenza ġdida li tinvolvi mużika ta’ kull tip, diskussjonijiet u kompetizzjonijiet, fost l-oħrajn. U, xi battuta ‘l hemm u ‘l hawn li tnissel tbissima fuq fomm dak li jkun, ma tonqosx.

Wara kollox, il-programm ismu miegħu, il-għaliex waqt li Dorian u Amber ikunu on air, it-toroq Maltin u Għawdxin ikunu miżgħuda sa ruħ ommhom bil-karozzi 🚗. U, iż-żewġ preżentaturi, ħilithom jagħmluh anki f’dan ir-rigward hekk kif bejn diska  u oħra jagħmlu mezz li minn ħin għall-ieħor jaġġornaw lis-semmiegħa bl-andament tat-traffiku 🚗🚗🚗 li joħnoq it-toroq f’dawk il-ħinijiet. Mhux tajjeb jew?

Tista’ issegwi lil Dorian u Amber minn fuq ir-radju, 91.7 jew inkella online hawnhekk

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Sport

Fl-aħħar sena u nofs li ilu miftuħ l-iskatepark ta’ Birżebbuġa, l-isport tal-BMX ħa spinta fost iż-żgħażagħ tal-lokal u dawk tal-madwar. Anki jekk l-iskatepark kien kemm-il darba sors ta’ kontroversja minħabba…

Internet

Mal-medda tas-snin il-qasam diġitali għamel passi ta’ ġgant. Bla dubju, biddel bil-bosta l-mod ta’ kif ilkoll ngħixu. Fost l-oħrajn, dak li jkun sar juża l-mezzi soċjali kif ukoll l-internet biex…

Aktar