Barranin
Ara: Ruma milquta minn għargħar – vetturi jinġarru mill-ilmijiet, tfal tal-kindergarten maqbuda

Fil-belt kapitali Taljana xita qawwija kkawżat għargħar li għerreq it-toroq fuq l-għatba tal-istaġun tas-sajf.

Kif jixhed filmat ippubblikat fuq Twitter mill-Kap tal-Partit Lega Matteo Salvini, it-triq Corso Francia tistħajjilha xmara. Għadd ta’ vetturi pparkjati għal għonq it-triq saħansitra jidhru jinġarru mill-ilmijiet qawwija.

Intant, 40 tifel u tifla tal-kindergarten kif ukoll sitt għalliema spiċċaw maqbuda fi skola minħabba l-ilmijiet tefgħa ta’ ġebla bogħod mill-pont Ponte Milvio. Huma nħarġu permezz ta’ ħidma mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

https://twitter.com/emergenzavvf/status/1402248619835772938